Wiehed Mill-Fundaturi tal-Brigata Jghaddi Qorti Marzjali
Kien gara li ftit jiem biss wara s-success enormi li l-Moviment tal-Haddiema kellu fid-Dimostrazzjoni Kolossalita´ protesta likienetinzammet mat-toroq ewlenin tal-Belt nhar it-8 ta´ Dicembru 1959, waqt iz-zjara ta´ Iain Macleod, SegretarjuKolonjali f´ Malta, l-awtoritajiet Inglizi fostna biex ikomplu ghaddejjin bil-vendetta taghhom, gha darb´ohra hadu passi horox u drastici.
Indri Briffa, wiehed mill-fundaturi tal-Brigata Laburista, li kien ingaggat bhala suldat mar-Regiment Malti ta´ l-Artillerija gie arrestat. L-akkuza migjuba kontrieh kienet tghid li ghax suldat hu ma setax jipprotesta u jiehu parti f´din id-dimostrazzjoni.
Nhar it-Tlieta 26 ta´ Jannar 1960 Indri Briffa deher quddiem Qorti Marzjali li kenet saret f´Sant Iermu, il-Belt. Dinil-Qorti kienetsabet lil Indri briffa hati li kiser l-Army Act ta´ l-1955 billi ha parti attiva f´Dimostrazzjoni politika u kkundannatu 84 gurnata detenzjoni u jitkecca mis-Servizz.
L_istess trattament krudil kellu partitarju iehor Ganni Briffa mill-Hamrun, li kien iservi fl-istess Rigiment. Dan kien wehel 112 -il jum habs u kellu penz imnehhi.
Membru tal-Kumitat Brigata Arrestat
Izda l-metodu faxxista likien intuza mill-Pulizija ma sehibna Laurie Bellizzi,Membru attiv fil-Kumitt tal-Brigata Laburista kien ghalkollox differenti. Il-Pulizija biex bhas-soltu tkompli sejra bit-tfixkil taghha, kienu arrestaw lil Laurie bellizzi mid-dar tieghu l-Hamrun nhar is-Sibt 5 ta´ Novembru 1960, siegha u nofs biss qabel ma hukellu jitlq mid-dar tieghu ghal Haz zabbug fejn kellu jsir Programm Varjat fit-Teatru Buckingham b´risq l-International Fund. tajjeb wiehed isemmi li Laurie Bellizzi barra li kien l-organizzatur ta´ dan il-Programm kellu wkoll parti sewwa f´dan il-Programm. Izda tajjeb ukoll liwiehed isemmi li dal-Programm, minkejja danit-tfixkil barbaru xorta wahda nzamm kif kien avzat u xorta wkoll kien hemm success kbir.
Niftakar li Laurie Bellizzi kien inzamm ghal xi jiem arrestat fil- Kwartieri il-Qadim tal-Pulizija fi Strada Merkanti l-isfel, il-Belt. F´din l-okkazjoni l-Pulizija kienu daqsxejn generuzi maghna,billi kien inhareg permess biex ahna nkunu nistghu nzuru lil sehibna Laurie Bellizzi. Siehbi Lozzy Darmenia u jiena konna mmorru nzuruh, nipprovdulu l-ikel u anke kotba x´jaqra.
Laurie Bellizzi kien gie mtella´ l-Qorti flimkien ma certu Mario Olivia mill-Birgu, akkuzati li hadu parti f´Dimostrazzjoni fejn ksru l-paci pubblika skond l-Ordinanza ta´ Emergenza tal-1958. Billi Laurie Bellizzi kellu dejjem kondotta tajba, b´xorti tajba irrizulta hu gie mehlus mill-Magistrat J. Soler taht l-Artiklu 23.
Zewg Kapijiet tal-Brigata Mtella´ L-Qorti
Sirna nafu linhar il-Gimgha 12 ta´ Mejju 1961, zewg kapijiet zghazagh attivi ferm, Joseph Schembru u Joe Chircop, Kapijiet tas-Sezzjoni Brigata tar-Rabat, kienu gew notifikati mill-Pulizija biex nhar l-Erbgha 17 ta´ Mejju huma jidhru fl-Awla ´B´ tal-Qorti tl-Pulizija Gudizzjarja. L-akkuza kontrihom kienet tghid dan li gej:
Talli fir-Rabat f´dawn l-ahhar tliet xhur minghajr permess tal-Gvernatur, harrigt u ndirizzjat lil xi persuni ohra fil-prattika ta´ ezercizzi, movimenti u bdil sistematiku tal-pozizzjoni taghhom.
Schembri u Chircop kif kienu avzati dehru l-Qorti quddiem il-Magustrat Dr J. Formosa.
F´din il-kawza l-pulizija kienet ghamlet l-almutaghha kollubiex dawn it-tnejn jinsabuhatja. Erbgha membri tal-Korp tal-Pulizija kienu xehdu f´din il-kawza. L-akkuzati Schembri uChircop kienu sostnew fix-xhieda taghhom,li huma kienuddecidew li johorgu fil-kampanja bit-tfal tal-Brigata madwar 30 fin-numru, ghax kienu sarujafu li qed idejqu xi girien bil-hsejjes tad-daqqtal-banda fil-kamra fejn kienu qed jiltaqghu. Huma komplew isostnulil-ebda drill ma kien qed isir filwat lidawnit-tfalkienuqed idoqqu.
Minhabba l-fatt li kienhemm konflitt ta´ provi, b´xorti tajba Schembri u Chircop kienugew illiberati. Izda malli inghatat din is-sentenza kiengara lil-Membri tal-Brigata u l-hbieb taghhomli kienu prezenti fl-Awla, bil-ferh liqabadhom, dlonk bdew icapcpu. Ghax ghamlu hekk, tmienja minnhom, fosthom Joe Fsadni gew immultati nofs lira kull wiehed ghad-disprezz tal-Qorti.
(siltiet mill-ktieb "Brigata Laburista ´Il Quddiem Imxi" ta´ Guze´ Zerafa)
Here's one of our songs for you to download as a token of our appreciation.
It's a radio edit of our song "When Beauty Danced".
Just click the button below.