Messages
Topic:
Festa ta' San Guzepp ta' Hal Kirkop
Nixtieq nfakkar li f' Hal Kirkop se tigi ccelebrata l-Festa ta' San Guzepp l-gimgha d-diehla (5-12 ta' Lulju).
Din is-sena hi wahda specjali ghalina peress li jahbad l-125 sena min meta l- Istatwa tal-Patrun Universali giet Hal-Kirkop. Ghal din l-okkazjoni ser norganizzaw festa specjali li se tkun probabilment l-aqwa li qatt saret gor-rahal taghna.
Peress li f' dal grupp l-iktar li jinteressa nies hu l- loghob tan-nar, ha nibda billi nsemmi xi haga fuq n- nar. Xtaqt navza li dis-sena s-Saint Joseph Fireworks Factory ghanda programm specjali ghal matul l-gimgha tal-Festa.
L-Programm jinkludi ammont kbir ta murtali fuq l- loghob kif ukoll xketti l-gimgha shiha (bizejjed nsemmi li ghal hin tal-barka hemm pjanati murtali fuq l-loghob sa 4 hsejjes); hemm 'l fuq min 30 murtal tal-10 li l-maggor parti jinharqu fil-hrug u t-translazzjoni; harqa kulur; u xow ta' xokkijiet ghal lejliet l-festa li jinkludu settijiet tal-beraq, blalen, kulur u anke xi sorprizi ohra.
L-Ghaqda tan-nar ukoll qed twieghed xow ta' nar tal-art mal- muzika, fejn dis-sena se jizanznu 4 bicciet u tapit gdid.
D- dilettanti tal-armar se jkollhom hafna x jaraw peress li din s-sena se tkun sena rekord ghal l-armar gdid, fej ha jizanznu diversi pavaljuni/ bandalori/ 3 statwi godda/ pedestalli godda kif ukoll ntramaw ukoll toroq godda bl-injam/statwi.
D-dilettanti tal-banda ha jgawdu ukoll, ghax l-erbgha ha jitella programm specjali ta' dawl u muzika flimkien ma kantanti stabbiliti.
D-dilettanti tal- Festi Interni jistaw jaraw l-opra l-gdida ta' dis-sena, r- restawr tal-pedestall ta' San Guzepp, flimkien mal- armar uniku li ssib armat biss fil-festa taghna.
D-delittanti tal- Marci ha jgawdu minn marci brijjuzi b'taqbil u poeziji fej l-gimgha jintlahaq l-qofol tieghom mal-kxif ta-sorpriza ta-sezzjoni zghazagh li bizejjed nghid li giet tiswa 'l fuq min lm3500.
Pruvajt nzomm fil-qosor kemm stajt, pero ghal aktar informazzjoni nisteninkom zzuru www.sanguzeppkirkop.org fejn tellajna l-programm ufficjali bhala link fil-main page.
Jekk ikolkom xi mistosijiet tistaw jew tibatu email fuq sanguzeppkirkop@gmail.com jew tibatu reply fuq dan t-topic.
Grazzi Hafna.
Jul 3
1:35 AM